• Image-45
  • SKEMA GĦAL MIN JAQLA’ PAGA MEDJA
    APPLIKAZZJONI
    SEZZJONI SERVIZZI TA’ TAĦRIĠ
     
    i: training.jobsplus@gov.mt
    t: 153
  • Avviż importanti: Bħalissa qed nesperjenzaw problema teknika li tista' tirriżulta f'messaġġ ta' "Upload Error" wara li tiffirma u tissottometti l-applikazzjoni tiegħek. Nixtiequ ninfurmaw li l-applikazzjoni tiegħek xorta qed tiġi rreġistrata u m'hemmx bżonn li terġa' tissottometti. Il-konferma tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni se tintbagħat fuq l-imejl li pprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.

  • Linji gwida għall-iskema

    Din l-iskema hi għal persuni li għandhom impjieg bi qligħ u li jkunu temmew wieħed mill-korsijiet tal-Jobsplus u li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-ammont ta’ €300 (bażiku) fil-ġimgħa. Applikanti eliġibbli huma meħtieġa jattendu minimu ta' erba' siegħat ta' taħriġ fil-ġimgħa. Is-sussidju massimu hu ta' €25 fil-ġimgħa anke jekk l-applikant ikun qed jattendi aktar minn kors wieħed. Il-ħlas huwa bbażat fuq is-sigħat li jattendi l-applikant u t-tul tal-kors. Persuni li jtemmu jew jitilqu mill-kors, u/jew ikollhom assenzi, li jipprekluduhom milli joqogħdu għall-assessjar finali (fejn applikabbli), mhumiex eliġibbli għal dan is-sussidju.

     

    Kriterji ta' eliġibilità

    • Il-paga ma taqbiżx €300 (bażika) fil-ġimgħa;
    • L-attendenza minima hija ta' erba' siegħat ta' taħriġ fil-ġimgħa;
    • L-applikanti jridu jkunu fuq impjieg full-time u/jew part-time waqt li jattendu l-kors;
    • Il-parteċipanti jridu jlestu b'suċċess il-kors (fil-każ ta' korsijiet mingħajr l-ebda assessjar, dan ifisser attendenza ta' mill-inqas 80% tal-kors).

     

    L-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha mitluba għandhom jiġu sottomessi online lill-Jobsplus fi żmien 60 jum mill-aħħar ġurnata meta jitlesta l-kors. Bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni, l-applikanti se jkunu mitluba jissottomettu kopja tat-tliet (3) irċevuti tal-paga l-aktar riċenti li nħarġu mid-data minn meta spiċċa il-kors. F'każ ta' persuna li taħdem għal rasha għandha tippreżenta l-Kont ta' Qligħ u Telf. F'każ li l-applikant għandu aktar minn impjieg wieħed dan irid jippreżenta l-kopja tat-tliet (3) irċevuti tal-paga l-aktar riċenti għal kull impjieg.

    F'dawk il-każijiet fejn iċ-ċertifikat ikun għadu ma nħariġx, l-individwi xorta jridu japplikaw f'dan il-perjodu ta' żmien ta' 60 jum. Tali applikazzjonijiet jibqgħu miżmuma sakemm jinħareġ iċ-ċertifikat.

    L-applikanti jridu jissottomettu applikazzjoni għal kull kors li jattendu. F'dawk il-każijiet, fejn applikant jattendi aktar minn kors wieħed li huwa skedat matul l-istess perjodu, l-applikant għandu jissottometti applikazzjoni waħda għall-itwal kors. Eżempju: Kors A beda fit-12 ta’ Jannar u spiċċa fit-12 ta’ Marzu u l-kors B jkun sar matul l-ewwel ġimagħtejn ta’ Frar. F'dan il-każ l-applikant għandu japplika għall-kors A biss.

    Jekk min-naħa l-oħra, l-applikant jattendi żewġ korsijiet u parti biss mill-korsijiet jikkoinċidu, allura l-applikant jista' japplika għaż-żewġ korsijiet. F’dan il-każ s-sussidju għall-ewwel kors jitħallas kollu (sakemm t-termini u l-kundizzjonijiet kollha jkunu sodisfatti), filwaqt li għat-tieni kors, is-sussidju jkun parzjali. Eżempju: Kors A jsir bejn it-12 ta’ Jannar u t-12 ta’ Marzu u l-kors B isir bejn it-12 ta’ Frar u t-12 ta’ April. F'dan il-każ s-sussidju għall-kors A jingħata kollu u għall-kors B ikun ikopri mit-13 ta' Marzu sat-12 ta' April.

  • DETTALJI TAL-KORS

  •  / /
  •  / /
  •  / /
  • Nota: Id-data ta meta spiċċa l-kors m'għandhiex tkun qabel id-data tal-bidu tal-kors.

  • Sfortunatament m'intix eliġibbli għall-Average Wage Earners Scheme.

    L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien 60 jum mill-aħħar ġurnata meta jitlesta l-kors.

  • DETTALJI TAL-APPLIKANT

  •  / /
  • DETTALJI TAL-IMPJIEG

  • Impjieg numru 1

  • Impjieg numru 2

  • Impjieg numru 3

  • DETTALJI TAL-BANK

  • TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

  • Dawn li ġejjin huma l-kundizzjonijiet li jistabbillixxu l-verifika tal-eliġibiltà, l-attendenza ta' kull ġimgħa u l-ħlas dovut lil persuna eliġibbli. 


    Eliġibilità
    Din l-iskema hi għal persuni li għandhom impjieg bi qligħ u li jkunu temmew il-kors b'suċċess u li d-dħul tagħhom qabel it-tnaqqis tat-taxxi u l-bolol ma jaqbiżx il-paga medja nazzjonali ta' €300 fil-ġimgħa. L-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti kollha mitluba għandhom jiġu ppreżentati lill-Jobsplus fi żmien 60 jum mill-aħħar ġurnata meta jitlesta l-kors. Jekk l-applikazzjoni mimlija bid-dokumentazzjoni kollha meħtieġa ma tiġix sottomessa fiż-żmien stipulat, l-applikazzjoni ma tkunx eliġibbli. L-applikanti ma jistgħux japplikaw għal aktar minn darba għall-istess kors.

    Bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni, l-applikant se jintalab jissottometti dawn id-dokumenti  fit-taqsima li jmiss:

    • Kopja tat-tliet (3) irċevuti tal-paga l-aktar riċenti li nħarġu mid-data minn meta spiċċa il-kors. F'każ ta' persuna li taħdem għal rasha għandha tippreżenta l-Kont ta' Qligħ u Telf. F'każ li l-applikant għandu aktar minn impjieg wieħed dan irid jippreżenta l-kopja tat-tliet (3) irċevuti tal-paga l-aktar riċenti għal kull impjieg.

    Jobsplus iżżomm d-dritt li titlob kopja tal-Karta tal-Identità jew Passaport jekk l-informazzjoni pprovduta fuq il-formola ma taqbilx mal-informazzjoni li għandha Jobsplus.

    Attendenza u ħlas
    Applikanti eliġibbli huma meħtieġa jattendi minimu ta' erba' siegħat ta' taħriġ fil-ġimgħa. Is-sussidju massimu hu ta' €25 fil-ġimgħa anke jekk l-applikant ikun qed jattendi aktar minn kors wieħed.

    Il-pagament dovut jista' jiġi pproċessat lil applikant biss f'kont bankarju lokali jew tal-bank Revolut. Id-dettalji kollha tal-kont bankarju għandhom ikunu rreġistrati fuq din l-applikazzjoni.

    Il-Korporazzjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal xi dewmien jew telf minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħha.

     

  • DOKUMENTI

  • Impjieg numru 1 - {isemTalkumpanija}

  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • Impjieg numru 2 - {nameOf90}

  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • Impjieg numru 3 - {nameOf103}

  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • Żid il-fajls
    Drag and drop files here
    Choose a file
    Cancelof
  • DIKJARAZZJONI

  • Powered by Jotform SignClear
  •  / /
  • Avviż importanti: Bħalissa qed nesperjenzaw problema teknika li tista' tirriżulta f'messaġġ ta' "Upload Error" wara li tiffirma u tissottometti l-applikazzjoni tiegħek. Nixtiequ ninfurmaw li l-applikazzjoni tiegħek xorta qed tiġi rreġistrata u m'hemmx bżonn li terġa' tissottometti. Il-konferma tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni se tintbagħat fuq l-imejl li pprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.

  • Should be Empty: